Agenzija Zghazagh St. Joseph High Road St. Venera, SVR 1013, Malta

Wieħed jagħżel li jkun voluntier għal diversi raġunijiet. Għal xi wħud, dan joffri ċ-ċans biex jagħti xi ħaġa lura lill-komunità jew jagħmel differenza lin-nies ta’ madwarhom. Għal oħrajn, dan jipprovdi opportunità biex wieħed jiżviluppa ħiliet ġodda jew jibni fuq esperjenza u għarfien eżistenti. Irrispettivament mill-motivazzjoni, is-sens ta’ sfida u sodisfazzjon huma l-aktar żewġ affarijiet li jgħaqqduhom.

Malta għandha numru sabiħ ta’ organizzazzjonijiet lokali li jipprovdu appoġġ u għarfien fil-komunità lokali u huma dejjem miftuħa biex jilqgħu aktar voluntiera sabiex jgħinuhom. F’Malta wieħed jista’ jsib ‘Il-Kunsill Malti għall-Organiżżazzjonijiet Volontarji, li huwa magħmul minn rappreżentanti minn organzzazzjonijiet volontarji u rappreżentanti mill-Gvern.

Il-Kunsill huwa maħtur mill-Ministru tal-Edukazzjoni, l-Impjieg u l-Familja u dan jinħatar kull tliet snin. Il-President tal-Kunsill huwa maħtur mill-membri nfushom fil-bidu ta’ kull mandat.

Aħna nħeġġuk biex tagħti titwila l-lista ta’ organiżżazzjonijiet volontarji li huma reġistrati sabiex tagħmel l-għażla l-aktar adatatta għalik jew inkella agħmel kuntatt magħna sabiex inkunu nistgħu nassistuk fl-għażla ta’ liema organizzazzjoni volontarja hi ta’ interess għalik, skont l-interessi li għandek.

 

Related Posts

Leave a comment