
L-ivvjaġġar huwa bla dubju passatemp li jogħġob lil kulħadd irrispettivament mis-sess, età jew il-pożizzjoni ta’ dak li jkun għaliex minbarra li huwa sors ta’ divertiment, joffri diversi aktar vantaġġi. L-ivvjaġġar ikopri parti essenzjali mill-ħajja taż-żgħażagħ, li dejjem ifittxu affarijiet ġodda u ta’ sfida.
L-eċċitament u l-pjaċir li wieħed iħoss meta jkun se jivvjaġġa lejn pajjiż ieħor għandu impatt pożittiv fuq is-saħħa psikoloġika u fiżika taż-żgħażagħ. Bħala żagħżugħ/a huwa ta’ importanza li wieħed ma jqattax iż-żgħożija jaħdem biss iżda wieħed għandu isib ħin ukoll għar-rilassament.