
Malta tgawdi minn klima Mediterranja, li tippermetti attivitajiet fil-beraħ matul is-sena kollha. Għaldaqstant, wieħed ikun jista’ jgawdi minn diversi attivitajiet ta’ divertiment li toffri Malta, apparti mill-baħar u x-xemx.
Peress li l-kultura tifforma parti kbira mill-komunità Maltija, wieħed jista’ jgawdi minn diversi produzzjonijiet teatrali, jitpaxxa bis-sejbiet u tempji preistoriċi grandjużi, filwaqt li jipparteċipa f’diversi avvenimenti bħal kunċerti, festi tar-raħal, ikliet filgħaxija mżewqa b’xi mużika live.


Il-kultura tilgħab parti importanti f’Malta, bi storja li tmur lura 7,000 sena. F’ Malta u Għawdex hawn bosta siti kulturali li wieħed jista’ jżur fosthom il-Katidral spettakolari ta’ San Ġwann fil-Belt Valletta, it-Tempju tal-Ġgantija fix-Xagħra jew il-Ġonna ta’ Palazzo Parisio fin-Naxxar. L-għażliet huma ħafna u l-għażla hi kompletament f’idejk.

Il-Malti dejjem isib raġuni għalfejn għandu jiċċelebra. Il-poplu Malti għandu t-tendenza li jirrispetta dan it-twemmin, u għalhekk minħabba dan il-fatt, dejjem ikun hemm xi avveniment li jkun fis-seħħ, bħall‑festi tar-raħal, kunċerti, festivals jew xi avvenimenti familjari. Matul kull xahar tas-sena, f’Malta dejjem ikun hemm xi ċelebrazzjoni.
L-aktar ċelebrazzjonijiet popolari Maltin huma: il-Malta Fireworks Festival, il-Malta International Arts Festival, in-Notte Bianca, Il-Karnival, il-Festi tal-Ġimgħa Mqaddsa u l-Malta Jazz Festival.
Żomm ruħek aġġornat b’dak li jkun qiegħed fis-seħħ. Minn hawnekk tista’ tara l-avvenimenti kollha li jseħħu matul is-sena.