Agenzija Zghazagh St. Joseph High Road St. Venera, SVR 1013, Malta

Il-volontarjat ifisser meta individwu jalloka l-ħin tiegħu, fuq bażi mingħajr ħlas, jagħmel affarijiet li tibbenefika minnhom is-soċjetà, l-ambjent u individwi li ma għandux konnessjoni magħhom. Il-volontarjat hija għażla kompletmanet f’idejn kull individwu.

Il-voluntiera u l-organizzazzjonijiet volontarji jistgħu jibbenefikaw minn diversi skemi li jipprovdulhom l-assistenza neċessarja biex ilestu s-servizzi tagħhom.

Dawn l-iskemi jirrikonoxxu li l-volontarjat għandu tifsira speċjali. Huma jindirrizzaw il-bżonnijiet ta’setturi differenti.

piggy bank with coins

A4U hija skema kompetittiva fejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ japplikaw għall-finanzjament billi jippreżentaw inizjattivi li għandhom l-għan li jew itejbu l-faċilitajiet tagħhom jew iżidu r-riżorsi tagħhom.

Be Active hija skema kompetittiva fejn l-organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ japplikaw għall-finanzjament billi jiżviluppaw proġett tal-komunità relatat ma’ numru ta’ suġġetti meqjusa ta’ prijorità. 

L-iskema ta’ self ta’ tagħmir hija servizz b’xejn immexxi mill-Aġenzija Żgħażagħ li tappoġġja l-ħidma u l-operazzjonijiet ta’organizzazzjonijiet taż-żgħażagħ.

L-iskema ta’ Tagħlim tal-Mużika għaż-żgħażagħ fil-każini tal-banda tipprovdi għajnuna finanzjarja lill-każini tal-baned lokali sabiex joħorġu b’inizjattivi bil-għan li jappoġġjaw is-servizz tat-tagħlim tal-mużika li joffru. L-iskema ta’ finanzjament hija mħaddma mill-Aġenzija Żgħażagħ b’kollaborazzjoni mal-Għaqda Każini tal-Banda.

L-iskema SIS hija mfassla biex tgħin lill-applikanti li qed ifittxu fondi għal proġetti żgħar li jistgħu jagħmlu differenza reali għall-komunitajiet lokali tagħhom.

L-iskema ta’ Ħidma Volontarja għaż-żgħażagħ għandha l-għan li tappoġġja liż-żgħażagħ li jieħdu sehem attiv f’organizzazzjonijiet volontarji.

L-Iskema ta’ Inizjattiva ta’ Taħriġ tinkoraġġixxi lill-Organizzazzjonijiet Volontarji biex jinvestu f’taħriġ u capacity building.

L-iskema ta’ Proġett tal-Organiżżazzjonijiet Volontarji 2020 hija mfassla biex tgħin lill-applikanti li qed ifittxu fondi fuq proġetti li jistgħu jagħmlu differenza reali għall-komunitajiet lokali tagħhom.

Għajnuna finanzjarja bl-iskop li tiġi ffaċilitata l-affiljazzjoni tagħhom ma’ u l-parteċipazzjoni fi gruppi, assoċjazzjonijiet, federazzjonijiet, networks ta’ konfederazzjoni u taħriġ Ewropew relatati mat-taħriġ u l-politika/programmi tal-UE.

Erasmus+huwa l-programm tal-UE li jappoġġja l-edukazzjoni, it-taħriġ, iż-żgħażagħ u l-isport. B’baġit ta’ € 14.7 biljun allokati għall-perjodu 2014-2020, jipprovdi opportunitajiet għal aktar minn 4 miljun parteċipant biex jistudjaw, jitħarrġu, jiksbu esperjenza, u jagħmlu volontarjat barra mill-pajjiż. Joffri wkoll €1.68 biljun għal attivitajiet ma’ pajjiżi msieħba.

Related Posts

Leave a comment