Kulħadd għandu motivazzjoni u aspirazzjoni differenti li jwasslu biex jagħżel l-ambjent u l-forma ta’ impjieg. Dak li wieħed jieħu mill-post tax-xogħol jaffettwa l-moral, l-attitudni u l-istil ta’ ħajja li wieħed jaddotta.
Kun af x’inhuma d-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek bħala impjegat u kun ċert li qed issegwi l-proċeduri kollha fis-seħħ li jippermettulek tgawdi esperjenza pożittiva fuq il-post tax-xogħol.
Huwa importanti li tifhem id-drittijiet u r-responsabbiltajiet li joffri l-post tax-xogħol tiegħek, fir-rigward ta’ paga u kundizzjonijiet ta’ saħħa, sigurtà u abbuż fuq il-post tax-xogħol.
Biex tkun taf aktar dwar id-drittijiet u r-responsabbiltajiet tiegħek fuq l-post tax-xogħol żur il-links li jinsabu hawn taħt:
Huwa importanti li tistabbilixxi pjan ta’ karriera meta tkun ser tibda xogħol ġdid. Qabel ma tibda tfassal dan il-pjan, huwa importanti li tagħmel evalwazzjoni personali. Agħraf il-potenzjal, dgħjufijiet u preferenzi tiegħek. Kun ispirat biex tħares lejn karrieri oħra li qatt ma kkunsidrajt qabel.
La darba tkun identifikajt dak li tixtieq tagħmel, ibda fittex dak ix-xogħol li għandu x’jaqsam max-xewqat u l-kwalitajiet tiegħek. Jista’ jkun li ma tkunx ħaġa faċli, imma xejn mhu impossibbli. Jeżistu diversi servizzi li jgħinuk tfittex xogħol ġdid.
YIOSS, jipprovdi l-assistenza neċessarja biex tkun iktar faċli għaż-żgħażugħ/a biex isibu impjieg.
Ibda billi toħloq il-curriculum vitae tiegħek billi tuża l- Europass.Il-Europass, jgħinek tibni l-curriculum vitae tiegħek online mingħajr ebda forma ta’ ħlas u jiggwidak pass pass biex tlesti dan id-dokument.
Jobsplusjipprovdi informazzjoni rigward opportunitajiet ta’ impjieg. Apparti minn hekk, Jobsplus joffri wkoll taħriġ biex itejjeb il-ħiliet tal-individwu.