
YIOSS huwa ċentru ta’ informazzjoni li jaħdem maż-żgħażagħ, li jipprovdi aċċess għal informazzjoni u gwida, f’ambjent sigur u ġovanili. L-għan taċ-ċentru huwa li jgħin liż-żgħażagħ isibu tweġibiet għal mistoqsijiet, fosthom dwar l-edukazzjoni, ix-xogħol, l-akkomodazzjoni, is-saħħa, ir-relazzjonijiet, flus, divertiment u attivitajiet kulturali.

- Jipprovdi informazzjoni affidabbli, eżatta u li tinftiehem;
- Jagħti aċċess għal sorsi u referenza ta’ informazzjoni differenti;
- Jagħti ħarsa ġenerali lejn l-għażliet u l-possibilitajiet disponibbli fuq is-suġġett mistoqsi miż-żgħażagħ;
- Jassisti liż-żgħażagħ jakkwistaw l-aħjar informazzjoni meħtieġa;
- Jassigura li ż-żgħażagħ ikunu konxji tad-drittijiet u s-servizzi kollha disponibbli għalihom u kif għandhom jaċċessawhom;
- Jaċċerta li l-informazzjoni miksuba hi ta’ kwalità;
- Jagħti forma ta’ gwida liż-żgħażagħ biex jagħmlu deċiżjonijiet infurmati, filwaqt li jipprovdi informazzjoni rigward opportunitajiet relevanti max-xewqat tagħhom;
- Joffri mezzi differenti ta’ komunikazzjoni u djalogu, sabiex iż-żgħażagħ jirċievu l-assistenza meħtieġa rigward l-informazzjoni u għarfien li jkollhom bżonn;
- Jikkontribwixxi fl-iżvilupp fil-qasam tal-midja u l-informazzjoni taż-żgħażagħ.